1. Nikkalkulaw l-eqreb partit politiku

euandi 2019 turi r-relazzjoni, jew l-ammont ta’ qbil, bejn il-posizzjonijiet tal-partiti politiċi u l-preferenzi ta’ l-individwu. Sabiex nissimplifikaw l-interpretazzjoni tar-riżultati, dawn ta’ l-aħħar huma mfissra permezz ta’ persentaġġ ta’ din ir-relazzjoni. Għalhekk, 0% tfisser li partit politiku u l-preferenzi ta’ persuna partikulari ma għandhom assolutament xejn komuni. 100% tfisser li jaqblu perfettament. F’lingwaġġ tekniku, sabiex nikkalkolaw il-partit politiku eqreb għal persuna, nużaw dak li jissejjaħ id-distanza “Manhattan (jew blokka ta’ bini f’belt): din tesprimi kemm huma viċini jew il-bogħod minn xulxin żewġ punti fi spazju n-dimensjonali.
Fil-qalba ta’ euandi 2019 hemm sensiela ta’ argumenti jew kwistjonijiet politiċi li dwarhom wieħed jista’ jieħu posizzjoni. Biex tiġi kkalkolata r-relazzjoni, l-ewwel qlibna f’numri t-tweġibiet li ingħataw minn diversi individwi għas-sensiela ta’ mistoqsijiet, permezz ta’ din il-formula:

'Assolutament ma naqbilx' = 0,
'Aktarx ma naqbilx' = 25,
'Jiena newtrali' = 50,
“Aktarx li naqbel' = 75,
'Naqbel assolutament' = 100.

L-istess valuri ngħataw lil dawk il-posizzjonijiet li ħadu l-partiti politiċi, fuq l-istess temi. Imbagħad, bdejna naħdmu kemm kienu l-bogħod minn xulxin (k) dawn iz-zewġ posizzjonijiet (P): jiġifieri, dik ta’ kull individwu (i) u l-partiti politiku (e) għal kull stqarrija (v). Meta murija f’għamla ta’ ekwazzjoni, din tidher hekk:


Tajna wkoll lill-utenti iċ-ċans li jindikaw kemm minn dawn l–istqarrijiet kienu mportanti u sinifikanti għalihom. B’dan il-mod, stajna nagħtu piż lit-tweġibiet tagħhom. Meta dan sar, id-distanza bejn il-posizzjonijiet bejn individwu u partit politiku ġew multiplikati b’fattur (W): għal materji li l-individwu dehrlu li mhux importanti (permezz ta’ sinjal negattiv), id-distanza ġiet multiplikata b’ 0.5. F’kaz ta’ materji fejn l-individwu dehrlu li huma mportanti (permezz ta’ sinjal pozittiv), id-distanza ġiet multiplikata b’ 2.0. Matematikament, id-distanza affettwata mill-piż għalhekk issir hekk:

It-total tad-distanzi affettwati mill-piż għall-istqarrijiet kollha tiġi diviża mit-totali tal-piżijiet ħalli r-riżultati jiġu normalizzati għal 100%.



2. Kalkolu tad-dimensjonijiet radar

Kull stqarrija jista’ jkollha xi effett fuq id-dimensjonijiet radar. L-effett li jirriżulta huwa definit b’dawn l-valuri: 1 (polarita pożittiva), -1 (polarita negattiva). Polarita pożittiva tfisser li tweġibiet pożittivi biss (50-100) jżidu l-valur; waqt Ii polarita negattiva tfisser li tweġibiet negattivi biss (0-50) jnaqqsu l-valur. Stqarrijiet b’polarita ta’ 0 mhux inklużi fil-kalkolu tad-dimensjoni radar.
Il-valuri li jirriżultaw mit-tweġibiet kollha (Sd) għal partit politiku jew individwu jistgħu jvarjaw bejn 0 u 100, fejn 100 tfisser allinjalment assolut u totali.

where

and

Per eżempju, jekk żewġ stqarrijiet jiddiskrivu id-dimensjoni radar ta’ "Soċjeta Liberali”, l-ewwel waħda għandha polarita b’valur ta’ 1; u l-oħra għandha polarita b’valur ta’ -1, l-individwu jrid iwieġeb 'Naqbel assolutament' għal l-ewwel stqarrija, u jwieġeb “'Assolutament ma naqbilx” għat-tieni stqarrija biex jikseb l-massimu tal-punteġġ għal-din id-dimensjoni radar.
Din il-lista li ġejja turi kif il-22 stqarrija huma organizzati sabiex iwasslu għal punteġġi fuq seba’ dimensjonijiet radar.

Soċjeta Liberali: 4, 5, 7, 8, 9, 15, 16
Ħarsien ta’ l-Ambjent Naturali: 13, 14
Integrazzjoni Europeja: 1, 3, 4, 11, 17, 18, 19, 20, 21, 22
Liberalizzazzjoni Ekonomika: 1, 2, 10, 11, 12, 13, 14
Politika Finanzjarja Restrittiva: 1, 2, 3, 10, 11, 12
Politika ta’ Immigrazzjoni Restrittiva: 4, 5
Ligi u Ordni: 5, 8, 9, 15, 16

Fil-kalkoli tal-punti tad-dimensjoni radar, il-piż jew importanza assenjata mill-individwu mhux meqjus


3. Pajsaġġ Politiku

Il-pajsaġġ politiku huwa msejjes fuq idejat jixbħu ħafna dik tar-radar, imma jmur pass ieħor ‘l quddiem. Waqt li d-dimensjonijiet radar jixhdu l-firxa politika fuq seba’ dimensjonijiet differenti, il- pajsaġġ politiku jniżżel din il-kumplessita politika għal żewġ dimensjonijiet ewlenin biss: waħda ekonomika u waħda kulturali. Dawn iż-żewġ dimensjonijiet ivarjaw bejn żero u mija. Sabiex tinħadem il-posizzjoni tal-partiti politiċi u ta’ ndividwi fuq dan l-ispazju bi-dimensjonali, irridu nikkalkulaw l-koordinati rispettivi fuq l-assi X u Y.
Il-posizzjoni inizzjali ta’ partit politiku hija ta’ 50% (newtrali). Il-posizzjoni tiegħu fuq l-assi tinħadem fuq l-istqarrijiet kollha, skond din il-formula:


Ir-rappreżentazzjoni tal-pajsaġġ politiku hija msejsa fuq il-premessa li, fil-biċċa l-kbira tas-sistemi politiċi, l-opinjonijiet ta’ partiti u ċittadini fuq kwistjonijiet individwali jistgħu jinġabru flimkien f’numru żgħir ta’ dimensjonijiet. Fit-turija grafika offruta lil individwi, il-posizzjoni tal-partiti (u ta’ l-istess individwu) fuq kull assi hija l-medja tal-posizzjonijiet meħuda fuq il-materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kull dimensjoni. It-tħaddim ta’ dawn il-medji, fuq kull waħda miż-żewġ assi, tiddependi fuq għadd ta’ kunsiderazzjonijiet: ma’ liema dimensjoni tagħmel parti l-kwistjoni; u ma’ liema naħa ta’ dimensjoni tagħmel parti l-kwistjoni. Skond l-għamla ta’ mġieba politika komuni fl-Ewropa, aħna abbinajna l-istqarrjiet ma’ waħda miż-żewġ dimensjonijiet, skond din it-tabella:

DIMENSJONI EKONOMIKA – Xellug vs. Lemin: 1, 2, 10, 12, 13, 14

DIMENSJONI KULTURALI – Liberali/Favur-EU vs. Konservattivi/Kontra-EU: 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 11, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 29, 20, 21, 22

Il-posizzjoni kemm ta’ l-individwu u tal-partiti hija murija bħala punti fi spazju bi-dimensjonali. Jekk jogħġbok, żomm f’moħħok li dan il-kalkolu ma jqisx ir-relevanza ta’ materji differenti; u lanqas ma jqis il-piz u l-importanza li partiti politiċi partikulari jassenjaw għal materji differenti.

4. Nikkalkolaw l-eqreb partit politiku fl-Ewropa

Min juża din il-faċilta jista’ wkoll iqabbel l-opinjonijiet tiegħu jew tagħha ma’ dak tal-partiti politiċi kollha inkluzi fl-euandi 2019 b’zewġ modi: l-ewwel, jista’ jikkonsulta l-lista’ ta’ partiti minn pajjiżi differenti li jixxiebħu. It-tieni, jista’ jikkonsulta l-lista sħiħa tal-partiti politiċi. Dawn ir-rappreżentazzjonijiet viżwali tal-metodu ta’ kalkolu huma l-istess għal dawk li ntużaw fir-relazzjoni mal-partit li huwa l-eqreb għal opinjonijiet ta’ l-individwu (ara taqsima 1 hawn fuq).