Deskrizzjoni ta’ l-operazzjoni ta’ proċessar
Il-pjattaforma euandi2019 hija entitta pubblika u kompletament ndipendenti. Il-website tagħha hija aċċessibli fuq: www.euandi2019.eu. Il-European University Institute (EUI) ta’ Firenze sviluppa euandi2019 f’koperazzjoni ma’ l-Universita’ ta’ Lucerne (Svizzera). L-għodda huwa msejjes fuq 22 stqarrija li jkopru diversi materji fid. -dawl ta’ l-elezzjoni ta’ l-2019 għal Parlament Ewropew (EP). Dawn jolqtu diversi materji ta’ politika ta’ żmiennna kif ukoll valuri politiċi ta’ partiti politiċi ewropej. Min jużaha jintalab jipposizzjona lilu nnifsu fuq it-22 stqarrija. Imbagħad, algoritma tqabbel il-posizzjoni tagħhom mal-posizzjonijiet tal-partiti politiċi ewlenin li qed jikkontestaw l-elezzjonijiet ta’ l-2019 għall-EP. Dan joffri parir personalizzat lil votanti, ladarba juri r-relazzjoni bejn x’jaħsbu u jixtiequ huma ma’ dak li qed jiġi offrut mill-partiti politiċi fl-istati membri kollha.
Il-European University Institute (EUI) ta’ Firenze hija s-sid tal-website www.euandi2019.eu. Il-EUI għandha l-ħsieb li toffri tagħrif korrett fiż-żmien tal-publikazzjoni; imma ma tistax tiggarantixxi l-kompletezza u korrettezza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kontenut, jew l-attwalita u validita ta’ tagħrif. Data personali tinġabar u tiġi pproċessata għal-iskopijiet spjegati hawn taħt. Il-proċessi operazzjonali relatati jinsabu taħt it-treġija tad-Direttur taċ-Ċentru għal Studji Avvanzati Robert Schuman, li qed jaġixxi bħala l-Kontrollur tad-Data miġbura. Il-politika għal-ħarsien tad-data ta’ l-EUI (li tinsab hawn: https://www.eui.eu/About/DataProtection) tapplika għal dawn l-operazzjonijiet.

X’tagħrif personali niġbru, għalfejn, u b’liema mezzi tekniċi?
Meta ndividwu jkun fuq il-website euandi2019.eu, il-webserver ser automatikament jaħżen tagħrif dwar din is-sessjoni. Din tinkludi x’tip ta’ browser intuża, is-sistema operattiva, l-indirizz IP, kif ukoll id-data, ħin u tul tas-sessjoni. Aktar tagħrif dwar il-ħżin ta’ dan it-tagħrif jinstab hawnhekk: https://www.eui.eu/AboutTheWebsite/Cookies
L-applikazzjoni ser anki taħżen it-tweġibiet għat-22 stqarrija politika. Ebda tip ta’ data jew tagħrif li jista’ jwassal għal identifikazzjoni ta’ individwi li qed jużaw is-sit ma ser tinġabar. Tagħrif dwar l-użu tas-sit u tagħrif miġbur għal skop akademiku qatt mhu ser jitħalltu flimkien.

Min għandu aċċess għat-tagħrif tiegħek, u lil min jista’ jiġi mgħoddi dan it-tagħrif?
Tagħrif personali jisa’ jinġabar biss miss-servizzi u entitajiet ta’ l-EUI li huma nvoluti f’dan il-proġett. Tagħrif fuq sessjoni ta’ utenti tista’ tiġi aċċessatata mill-imsieħba tekniċi tal-proġett: Statlab (STATISTIKALABOR OU; Vallikraavi 24-7; Tartu 51003, Estonia) u Mobilab (Akadeemia 3; Tartu 51003, Estonia). Data miġbura għal-riċerka akkademika tiġi pproċessata mit-tijm akkademiku risponsabbli għal-applikazzjoni ta’ pariri lil votanti (Voting Advice Application, jew VAA). Din tinkludi lil Prof. Alexander H. Trechsel u Dr. Diego Garzia (Universita ta’ Lucerne, Svizzera, li huma wkoll ghalliema mistiedna fil-EUI), Dr. Lorenzo Cicchi (EUI), Dr. Mihkel Solvak (Statistikalabor u University of Tartu), u Prof. Guido Schwerdt (Universita ta’ Konstanz, Germanja). Id-data miġbura eventwalment ser tkun aċċesibbli f’ripożitorju open access għal aktar analiżi.

Kif inħarsu l-informazzjoni tiegħek?
Kull informazzjoni personali miġbura hija pproċessata nternalment biss minn persunal ta’ l-EUI identifkat għal dan l-iskop jew aġenti mqbbda minnhom. Dan jinżamm fuq servers, li jobbdu l-prokoll ta’ l-EUI dwar is-sigurta. F’każ li kuntrattur estern igħin f’din il-ħidma, it-tagħrif personali miġbur u kull tagħrif marbut masa-sessjoni jkun miżmum fuq l-komputer ta’ l-kuntrattur estern, i jrid jonora l-istess regoli u protokolli tal-perunsal ta’l-EUI, jew l-aġenti tagħhom, assenjati għal dan il-proġett.

Kemm indumu nżommu d-data personali tiegħek?
L-EUI iżżomm tagħrif personali għaż-żmien meħtieġ biss u sakemm ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ l-għanijiet istituzzjonali diġa msemmija f’taqsima 2.

Kif tista’ tivverifika, tbiddel jew tħassar it-tagħrif personali tiegħek?
Jekk tixtieq tivverifika x’tagħrif personali ġie maħżun mill-kontrollur ta’ data risponsabbli, jew inkella taċċessja, tikkorreġi jew tħassar tagħrif personali tiegħek hekk kif ġie maħżun fil-EUI, jekk jogħġbok ikteb lil Data Controller, Brigid.laffan@eui.eu. Inti tirċievi tweġiba f’anqas minn 30 ġurnata tax-xogħol. Kummenti dwar din l-istqarrja ta’ privatezza jistgħu jiġu mressqa lil: data_protection_officer@eui.eu.

Dritt ta’ rikors
Jekk tħoss li d-drittijiet tiegħek fid-dawl tad-deċiżjoni tal-President ta’ l-EUI 10/2019 ġew imxekkla jew imċaħħda bħala riżultat tal-ipproċessar tat-tagħrif personali tiegħek mill-EUI, allura għandek id-dritt titlob rikors skond Artiklu 27 tad-deċiżjoni hawn fuq imsemmija. Dawn it-talbiet għandhom ikunu mressqa lid-Data Controller:

Director of the Robert Schuman Centre for Advanced Studies
European University Institute
Prof. Brigid Laffan
Villa Schifanoia
Via Boccaccio 121
I – 50133 Firenze, Italy
Brigid.laffan@eui.eu

Dawn għandhom jiġu notifikati wkoll fl-istess ħin lil: data_protection_officer@eui.eu