Din il-website tal-European University Institute (hawn taħt, 'il-website') tikkonsisti f’taqsimiet u sotto-taqsimiet li jinsabu fuq id-domain *. euandi2019.eu. Dawn jirreferu għal network ta’ servizzi fuq il-web pprovduti mill-EUI. Meta taċċessa din il-website u t-tagħrif kollu miġbur fiha, inti tagħraf u tikkonferma li qrajt, aċċettajt u qbilt li tkun marbut bit-termini u kundizzjonijiet ta’ użu applikabbli.

Disklamazzjoni
Il-kontenut u opinjonijiet ta’ awturi, hekk kif espressi f’publikazzjonijiet, hija ir-responsabilta ta’ l-istess awturi biss, u ma torbotx lil-EUI bħala istituzzjoni.

Copyright u tikketti (trademarks)
Kull materjal stampat, software, grafika, ritratti, ħsejjes, vidjows, tagħrif, materjal interattiv, kif ukoll il-kontenut u arranġament ta’ kull sit (hawn taħt, 'il-Kontenut') huma propjeta ta’ l-EUI u l- liċensjaturi rispettivi huma kollha soġġetti għal-copyright, drittijiet ta’ tikketti (trademark rights) u drittijiet oħra ta’ propjeta intellettwali ta’ l-EUI u l-liċenzjaturi tagħha. Is-software ta’ euandi2019 huwa msejjes fuq software package msejjħa “Societly”, sviluppata minn xUpery Ltd. (bbażata f’Zurich, l-iSvizzera). Societly hija disponibbli mingħajr ħlas taħt liċenzja MIT fuq is-sit: GitHub.com. Min jużaha ma jistax ibiddel, jikkopja, jqassam, jittrasmetti, juri, jippublika, jbiegħ, jilliċenzja, joħloq materjal krejattiv derivattiv jew juża xi kontenut mis-sit għal ebda skop ħlief dak maħsub u intiż mill-website, sakemm ma jkunx ppreċiżat mod ieħor.

Ebda liability
Il-website tiġi aġġornata il-ħin kollu. L-EUI tagħmel kull sforz sabiex tassigura li t-tagħrif fuq din il-website huwa korrett fiż-żmien meta ġie maħluq u/jew modifikat. Kull tagħrif jista’ jiġi mibdul mingħajr avviz. L-EUI espressament teskludi kull liability u responsabilta għal żbalji jew materjal nieqes. L-EUI tagħmel kull sforz sabiex tassiġura li l-infrastruttura tat-teknoloġija ta’ l-informatika hija ħielsa minn viruses, imma ma taċċettax tort minn ħsara li tista’ ssir kaġun ta’ viruses li jinstabu permezz tal-website. Hija politika ta’ l-EUI li twieġeb għan-notiki rigward tmermir tad-drittijiet ta’ persuni terzi li jikkonoformaw mal-liġi billi tneħħi malajr kemm jista’ jkun materjal illegali minn fuq il-website, jew inkella billi tittermina l-kontijiet ta’ min jikser il-liġi aktar minn darba. Min juża l-website jeżenta lil EUI, l-imsieħba tagħha, l-uffiċjali tagħha, d-diretturi tagħha, l-aġenti tagħha, l-affiljati u sussidjarji tagħha, u l-liċenzjaturi u dawk li jissupplixxuhom, minn kull tort u responsabilta u minn kull talba u liability li tista’ tirriżulta mill-użu interattiv ta’ din il-website.

Siti magħquda
Il-website jista’ jkollha hyperlinks għal websites oħrajn miżmuma u kkontrollati minn ħaddieħor u l-EUI ma taċċetta ebda risponsabilta għal kontenut ta’ websites magħquda bħal dawn.

Spam u ħtif ta’ ndirizzi
Ma jistax isir ġbir, manwali jew awtomatiku, ta’ indirizzi emajl minn fuq il-website ta’ l-EUI, għal użu kummerċjali, fosthom (imma mhux ristrett għal) bejgħ mill-ġdid jew għat-tnedija ta’ messaġġi emajl li ma jkunux mitluba.