jkollhom dehra wiesa’ u mingħajr xkiel ta’ l-ispazju politiku Ewropew, u posthom fih. L-ispazju huwa definit mill-politika tal-partiti politiċi li qed jikkontestaw l-elezzjonijiet ta’ l-2019 għal-Parlament Ewropew (EP). euandi2019 tistieden li min irid biex jirrejaġixxi għal 22 stqarrija ta’ politika li jkopru firxa wiesa ta’ kwistjonijiet kontemporanji u ta’ valuri politiċi fil-qafas Ewropew. Wieħed jista’ jirrejaġixxi għal kull waħda minn dawn l-issues billi jistqarr il-livell ta’ qbil fuq skala ta’ tweġibiet, fejn wieħed jsita’ jagħżel minn wieħed sa ħamsa. Jistgħu ukoll jindikaw liema u kemm minn dawn il-kwistjonijiet huma mportanti u sinifikanti għalihom personalment. L-għodda hemmhekk tuża algoritma matematika (ara taqsima tal-metodoloġija) sabiex tagħti aktar piż lil dawk it-tweġibiet li min qed jirrispondi jqis bħala aktar importanti; u anqas emfasi għal dawk li min qed jirrispondi jqis bħala anqas importanti. B’hekk, il-profil politiku ta’ min qed iwieġeb jista’ jigi mgħarbul f’relazzjoni mal-partiti politiċi ta’ pajjiż partikulari kif ukoll ma’ partiti politiċi mill-Unjoni Ewropeja kollha.
Għażla tal-partiti
It-tijm ta’ euandi2019 ipprova jkun inklussiv kemm seta’ u partit politiku ma ġiex inkluż wara li firxa ta’ sondaġġi ta’ l-opinjoni pubblika ssuġġerixxa b’mod qawwi li dan mhux ser jirbaħ ebda siġġu fl-elezzjonijiet li ġejjin. Kważi kull partit li bħalissa għandu mqar siġġu wieħed fil-Parlament Ewropew jew parlament nazzjonali u qed jiġi mbassar li se jirbaħ mqar siġġu wieħed fl-EP ġie inkluż. Ta’ mn jinnota li d-dritt ta’ l-għażla ta’ liema partiti kellhom jiġu magħżula u ntegrati fl-għodda hija riżervata għat-tijm ta’ euandi2019.
Għażla ta’ stqarrijiet
L-ewwel kriterju tagħna kien li nħarsu lejn stqarrijiet li huma politikament relevanti u fejn hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-partiti. Apparti dan, ridna nkopru dawn il-materji jaħarqu fil-kampanja elettorali ewropeja b’mod l-aktar wiesa’. Għal dan il-għan, użajna r-riżultati ta’ sondaġġi ta’ opinjoni pubblika, analiżi ta’ manifesti elettorali aktar antiki, u l-opinjonijiet ta’ esperti akkademiċi u ġurnalisti – dorna dawn l-għejjun kollha ħalli naraw liema kienu l-materji l-aktar importanti f’dawn l-elezzjonijiet, liema kienu l-aktar jaħarqu, u x’oqsma politiċi kienu ser ikunu kruċjali f’dawn l-elezzjonijiet għal EP.
Kodiċi għall-partiti
Partiti politiċi li qed jikkontestaw l-elezzjonijiet ta’ l–EP għal 2019 ġew magħżula mit-tijm ta’ euandi2019 sabiex jiddaħħlu fl-għodda u ingħataw l-opportunita jirejjaġixxu għal 22 stqarrija u jndikaw l-posizzjoni tagħhom fir-rigward tagħhom. It-tijm ta’ euandi2019 identifika u għamel kuntatt mal-partiti u stedinhom jimlew il-kwestjonarju u jindikaw x’immotiva l-għażliet tagħhom billi jfornu materjal korraborattiv. Fl-istess ħin, tijmijiet minn kull pajjiż ikkodifika l-posizzjonijiet tal-partiti politiċi. L-esperti tagħna ġew mistoqsija jispeċifikaw x’dokumentazzjoni u sorsi użaw sabiex jiggustifkaw il-gudizzju tagħhom. Gew mistiedna jużaw tmien tipi ta’ sorsi, f’ordni gerarkiku.
1. Manifest elettorali tal-partit politiku għal-Elezzjoni ghal EP 2019;
2. Pjattaforma elettorali tal-partit;
3. L-aktar manifest elettorali tal-partiti riċenti jew kurrenti;
4. Manifest elettorali tal-Partiti Ewropej għal-Elezzjoni ghal EP 2019;
5. Dokumentazzjoni oħra ta’ natura uffiċjali jew programmata;
6. Intervisti, stqarrijiet lil medja u komunikazzjoni fuq medja soċjali (mil-mexxej u kandidati tal-partit);
7. Manifest elettorali tal-partit aktar antiki;
8. Għejjun ohra.
Meta dan l-eżerċizzju tlesta, iż-żewġ riżultati ġew imqabbla. Fejn kien hemm diskrepanza, il-partit ġie mitlub jindika aktar materjal sabiex isostni l-posizzjoni tiegħu. B’hekk, tweġiba finali ġiet indikata jew ikkonfermata. Fejn il-partiti ma laqgħux l-istedina tagħna, it-tijmijiet ta’ kull pajjiż ħadu ħsieb jippożizzjonaw il-partiti skond id-dokumentazzjoni li kellhom f’idejhom. Għalhekk, waqt li l-partiti ġew ikkonsultati, l-aħħar kelma dejjem kienet tat-tijm nazzjonali, ħalli b’hekk l-għodda żviluppata jkollha imparzjalita u ndipendenza assoluta.
Użu ta’ data
Meta tikkodifika eluf ta’ posizzjonijiet ta’ partiti fir-rigward ta’ 22 kwistjoni għal aktar minn 250 partit, ser tispiċċa b’data dwar il-posizzjonijiet tal-partiti Ewropej tassew massiva. L-opinjonijiet ta’ miljuni ta’ utenti ser jikkumpimentaw dak li x’aktarx hija l-akbar ġabra ta’ tagħrif dwar elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, kompetizzjoni bejn il-partiti u mġieba ta’ votanti li qatt inġabret. Dan it-tagħrif kollu, materjal supplimentari u dokumentazzjoni ta’ kodifika, ser ikun disponibbli mingħajr ħlas għal riċerkaturi u l-pubbliku ġenerali. Għal aktar tagħrif dwar l-użu u maneggjar tad-data miġbura, jekk jogħgbok aqra l-istqarrija dwar il-privatezza li tinsab fuq dan is-sit.
It-tijm euandi2019
It-tmexxija ta’ euandi2019 hija maqsuma bejn Dr. Diego Garzia u l-Professur Alexander H. Trechsel (it-tnejn li huma mill-Universita’ ta’ Lucerne, Svizzera u għalliema msieħba fil-EUI). It-tijm sħiħ jikkonsisti f’dawn li ġejjin:
Dr. Diego Garzia (ko-mexxej tal-proġett)
Prof. Alexander H. Trechsel (ko-mexxej tal-proġett)
Dr. Mihkel Solvak, Statistikalabor u Universita’ ta’ Tartu, Estonia (kordinatur tekniku)
Ingo Linsenmann, EUI (kordinatur finanzjarju u amministrattiv)
Dr. Lorenzo Cicchi, EUI (kordinatur xjentifiku tal-proġett)
Elena Torta, EUI (kordinatriċi għal-medja u mpatt soċjali)
Julia Hiltrop, EUI (administrative support)
Joanna Zofia Wielgo, EUI (administrative and financial support)
Martina Popova, EUI (media and outreach support)
Simone Ottaviano, EUI (tech support)
Is-sinsla tal-proġett hija magħmula mid-29 tijm nazzjonali. Dawn jinkludu madwar 120 xjenzati soċjali mħarrġin u speċjalizzati fil-qasam tagħhom, fuq livell ta’ dottorat jew aqwa, li wettqu riċerka u ħolqu l-kodiċi għal partiti politiċi li jinsabu f’din l-għodda.
euandi2019 setgħet isseħħ grazzi għal:
Austria
Carsten Wegscheider
Fabian Habersack
Reinhard Heinisch - Team Co-Leader
Sarah Caroline Dingler
Zoe Lefkofridi - Team Co-Leader
Belgium - Wallonia
Régis Dandoy - Team Leader
Belgium - Flanders
Daan Fonck
Francesca Colli
Yf Reykers - Team Leader
Bulgaria
Boris Popivanov
Elitsa Markova
Trajche Panov - Team Leader
Croatia
Ana Balkovic
Davor Boban
Ivan Obadić - Team Co-Leader
Kristijan Kotarski
Višeslav Raos - Team Co-Leader
Cyprus
Corina Demetriou - Team Leader
Dimitris Trimithiotis
Eleni Evagorou
Nicos Trimikliniotis
Czech Republic
Aleš Kudrnáč
Eva Tomsova
Jaromír Mazák
Lukas Linek - Team Leader
Otto Eibl
Denmark
Andreas Brøgger Albertsen
Caroline Bertram
Caroline Helt Jensen
Jakob Bøggild Johannsen - Team Leader
Estonia
Andres Reiljan - Team Co-Leader
Maarja Saluste
Martin Mölder
Nele Leosk - Team Co-Leader
Risto Conte Keivabu
Finland
Aino Tiihonen
Johannes Lehtinen - Team Leader
Marco Svensson La Rosa
Risto Niemikari
Thomas Karv
France
Aurelie Boursier
Elie Michel - Team Leader
Morgan Le Corre Juratic
Theo Fournier
Germany
Christine Müller
Lucas Schramm
Martin Weinrich
Omran Shroufi
Sophia Hunger
Wiebke Drews - Team Leader
Greece
Anna Kyriazi - Team Co-Leader
Hannah Androulaki-Khan
Natalia Tellidou - Team Co-Leader
Nikolaos Gkotsis Papaioannou
Stefanos Pentaras
Hungary
Anna Kyriazi - Team Leader
Áron József Szászi
Harb Jan Macell
Zalan Jakab
Ireland
James Cross - Team Co-Leader
Maria Laura Sudulich - Team Co-Leader
Italy
Daniela Piccio
Edoardo Bressanelli
Elisa Volpi
Francesco Visconti
Giorgio Malet - Team Leader
Matteo Albanese
Latvia
Diāna Potjomkina
Elīna Grīnhofa
Ieva Bloma - Team Leader
Sintija Broka
Lithuania
Egle Kavoliunaite
Kristina Ambrazeviciute
Petras Ragauskas - Team Leader
Ramūnas Birštonas
Rugilė Trumpytė
Luxembourg
Ioana Turdean
Marc Gori
Marie Halbich
Raphael Kies - Team Leader
Malta
Godfrey Baldacchino – Team Leader
Netherlands
Emma Hoes
Feike Fliervoet
Mathilde van Ditmars - Team Co-Leader
Rutger Birnie - Team Co-Leader
Tom Buitelaar
Poland
Agnieszka Sztajdel
Daniel Platek
Katarzyna Grzybowska-Walecka
Radoslav Michalski
Wojciech Gagatek - Team Leader
Portugal
Frederico Ferreira da Silva - Team Co-Leader
Jorge M. Fernandes
José Santana Pereira - Team Co-Leader
Mariana Mendes
Tiago Silva - Team Co-Leader
Romania
Adrian Matus
Arpad Todor - Team Co-Leader
Claudia Badulescu - Team Co-Leader
Raluca Popp
Toma Burean
Slovakia
Marta Kralikova
Martin Kovanič
Peter Plenta - Team Leader
Radka Vicenová
Tomáš Madleňák
Slovenia
Alem Maksuti
Barbara Možina
Nina Sivec
Simon Delakorda - Team Leader
Tjaša Božič
Spain
Álvaro Canalejo Molero
Mar Cañizares Espadafor
Nerea Gándara Guerra
Pedro Martín Cadenas
Sergi Martinez - Team Leader
Sweden
Amanda Haraldsson - Team Co-Leader
Henrik Ekengren Oscarsson
Linda Berg
Rickard Eksten - Team Co-Leader
United Kingdom
Maria Laura Sudulich - Team Co-Leader
Raluca Popp - Team Co-Leader
L-imsieħba tekniċi fl-iżvilupp tal-progett huma Statistikalabor u Mobi Lab f’Tartu (Estonia). euandi2019 jintuża wkoll għal riċerka akademika. Ir-riċerkaturi nvolti jinkludu dawn li diġa ssemmew hawn fuq, flimkien mal-Prof. Guido Schwerdt (Universita’ ta’ Konstanz, Germanja). euandi2019 hija t-tieni kolonna ta’ proġett usa’ għal-elezzjonijiet ta’ l-2019 tal-Parlament Ewropew, sabiex tingħata għajnuna liċ-ċittadin jagħraf u jsib il-partit politiku li huwa l-eqreb għal preferenzi u xewqat tiegħu jew tagħha. L-ewwel kolonna hija spaceu2019, għodda on-line magħmula apposta għal ċittadini Ewropej li huma mobbli u li ser jivvutaw f’pajjiżhom jew inkella fil-pajjiż taċ-ċittadinanza jew residenza attwali tagħhom. Il-proġett kollu rċieva fondi mill-Programm tad-drittijiet, ugwaljanza u ċittadinanza ta’ l-Unjoni Ewropeja (2014-2020), Ftehim numru 785683, kif ukoll mill-Fondazzjoni Nazzjonali Svizzera tax-Xjenza permezz ta’ għotja għal proġett: “Lejn ivvutar trans-nazzjonali għal u fl-Ewropa” ibbażat fl-Universita’ ta’ Lucerne.
Contact: vaa@eui.eu